Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0611

    Kawża T-611/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Marico vs EUIPO – Regal Impex (SAFFOLA)

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/27


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Marico vs EUIPO – Regal Impex (SAFFOLA)

    (Kawża T-611/22)

    (2022/C 441/37)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Marico Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: B. Collett u S. Malynicz, Barristers-at-Law)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Regal Impex Ltd (Harrow, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SAFFOLA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 568 739

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 1538/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiddeċiedi li tintervjeni, għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Motivi invokati

    Il-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi kkonkluda b’mod żbaljat li l-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni kien wera użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata fir-rigward ta’ “żjut u xaħmijiet li jittieklu”;

    Il-Bord tal-Appell żbalja fuq livell probatorju, proċedurali u legali fir-rigward tal-konstatazzjoni li ż-żejt ta’ ward ix-xemx huwa xaħam li jittiekel.


    Top