Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0609

    Kawża T-609/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO – St. Hippolyt Mühle Ebert (BoneKare)

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/26


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO – St. Hippolyt Mühle Ebert (BoneKare)

    (Kawża T-609/22)

    (2022/C 441/35)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Andreas Nienaber (Cloppenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: St. Hippolyt Mühle Ebert GmbH (Dielheim, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BoneKare” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 055 903

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 436/2022-1

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut u quddiem il-Bord tal-Appell tiegħu.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top