This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CB0592
Case C-592/21: Order of the Court (Eighth Chamber) of 30 September 2022 (request for a preliminary ruling from the Administratīvā rajona tiesa — Latvia) — ‘ĒDIENS & KM.LV’ PS v Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court — Public procurement — Directive 2014/24/EU — Conduct of the procedure — Choice of participants — Selection criteria — Technical and professional capacities — Article 58(4) — Forms of evidence — European Single Procurement Document — Article 59 — Reliance on the capacities of other entities — Article 63(1) — Group of economic operators — Condition relating to professional experience to be satisfied by the member of the group responsible, in the event of the award of the contract, for performing the activities requiring that experience — Condition not provided for in the procurement documents — Status of general partnership unaffected by the system of joint and several liability)
Kawża C-592/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – “ĒDIENS & KM.LV” PS vs Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Żvolġiment tal-proċedura – Għażla tal-parteċipanti – Kriterji ta’ għażla – Kapaċitajiet tekniċi u professjonali – Artikolu 58(4) – Modalitajiet ta’ prova – Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku – Artikolu 59 – Użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra – Artikolu 63(1) – Grupp ta’ operaturi ekonomiċi – Kundizzjoni relatata mal-esperjenza professjonali li għandha tkun issodisfatta mill-membru tal-grupp inkarigat, f’każ ta’ għoti ta’ kuntratt, mill-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li jeħtieġu din l-esperjenza – Kundizzjoni mhux prevista mid-dokumenti tal-kuntratt – Assenza ta’ efett tas-sistema ta’ responsabbiltà in solidum fil-kuntest tal-istatus ta’ soċjetà f’isem kollettiv)

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – “ĒDIENS & KM.LV” PS vs Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs
(Kawża C-592/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Żvolġiment tal-proċedura - Għażla tal-parteċipanti - Kriterji ta’ għażla - Kapaċitajiet tekniċi u professjonali - Artikolu 58(4) - Modalitajiet ta’ prova - Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku - Artikolu 59 - Użu tal-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra - Artikolu 63(1) - Grupp ta’ operaturi ekonomiċi - Kundizzjoni relatata mal-esperjenza professjonali li għandha tkun issodisfatta mill-membru tal-grupp inkarigat, f’każ ta’ għoti ta’ kuntratt, mill-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li jeħtieġu din l-esperjenza - Kundizzjoni mhux prevista mid-dokumenti tal-kuntratt - Assenza ta’ efett tas-sistema ta’ responsabbiltà in solidum fil-kuntest tal-istatus ta’ soċjetà f’isem kollettiv)
(2022/C 441/02)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“ĒDIENS & KM.LV” PS
Konvenut: Ieslodzījuma vietu pārvalde, Iepirkumu uzraudzības birojs
Dispożittiv
L-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 59 ta’ din tal-aħħar,
Għandu jiġi interpretat fis-sens li
meta jiġi stabbilit li, fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi, l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li fir-rigward tagħhom hija meħtieġa esperjenza ser tiġi fdata lil membru wieħed tal-grupp, il-grupp offerenti jista’ jinvoka biss, sabiex juri li jissodisfa kundizzjoni relatata mal-esperjenza imposta mill-awtorità kontraenti konformement mal-Artikolu 58(4) ta’ din id-direttiva, l-esperjenza tal-imsemmi membru ta’ dan il-grupp, u dan anki jekk id-dokumenti tal-kuntratt ma jipprevedux espliċitament li l-membri ta’ grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw individwalment din il-kundizzjoni.
(1) Data tal-preżentata: 22.09.2021.