Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0416

Kawża T-416/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ITINERANT – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta papra tkanta f’ċirku – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Xebh – Reputazzjoni – Rabta – Vantaġġ inġust – Assenza ta’ raġuni ġusta – Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Dokument prodott għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà”)

ĠU C 432, 14.11.2022, pp. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

(Kawża T-416/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ITINERANT - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta papra tkanta f’ċirku - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Xebh - Reputazzjoni - Rabta - Vantaġġ inġust - Assenza ta’ raġuni ġusta - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Dokument prodott għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Inammissibbiltà”)

(2022/C 432/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Save the Duck SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. De Vietro, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Mejju 2021 (Każ R 997/2020-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-intervenjenti u r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Itinerant Show Room Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Save the Duck SpA.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


Top