This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0003
Case C-3/21: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 29 September 2022 (request for a preliminary ruling from the High Court (Ireland) — Ireland) — FS v The Chief Appeals Officer, The Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs, The Minister for Social Protection (Reference for a preliminary ruling — Social security for migrant workers — Regulation (EC) No 883/2004 — Coordination of social security systems — Family benefits — Back payment — Relocation of the beneficiary to another Member State — Article 81 — Concept of ‘claim’ — Article 76(4) — Duty of mutual information and cooperation — Non-compliance — 12-month limitation period — Principle of effectiveness)
Kawża C-3/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (Ireland) – l-Irlanda) – FS vs Chief Appeals Officer, The Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs, The Minister for Social Protection (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali – Benefiċċji tal-familja – Ħlas retroattiv – Ċaqliq tal-benefiċjarju lejn Stat Membru ieħor – Artikolu 81 – Kunċett ta’ “talba” – Artikolu 76(4) – Obbligu reċiproku ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni – Nuqqas ta’ osservanza – Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tnax-il xahar – Prinċipju ta’ effettività)

ĠU C 432, 14.11.2022, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (Ireland) – l-Irlanda) – FS vs Chief Appeals Officer, The Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs, The Minister for Social Protection
(Kawża C-3/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Benefiċċji tal-familja - Ħlas retroattiv - Ċaqliq tal-benefiċjarju lejn Stat Membru ieħor - Artikolu 81 - Kunċett ta’ “talba” - Artikolu 76(4) - Obbligu reċiproku ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tnax-il xahar - Prinċipju ta’ effettività)
(2022/C 432/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (Ireland)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FS
Konvenuti: Chief Appeals Officer, The Social Welfare Appeals Office, The Minister for Employment Affairs, The Minister for Social Protection
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-kunċett ta’ “talba”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, ikopri biss it-talba mressqa, minn persuna li tkun għamlet użu mid-dritt tagħha ta’ moviment liberu, quddiem l-awtoritajiet ta’ Stat Membru li ma għandhiex ġurisdizzjoni bis-saħħa tar-regoli ta’ kunflitt previsti minn dan ir-regolament. Għaldaqstant, dan il-kunċett la jinkludi t-talba inizjali mressqa skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru minn persuna li għadha ma użatx id-dritt tagħha għall-moviment liberu, u lanqas il-ħlas perjodiku, mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru, ta’ benefiċċju normalment dovut, fil-mument ta’ dan il-ħlas, minn Stat Membru ieħor. |
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari l-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-effett retroattiv ta’ talba għall-allowances tal-familja għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tnax-il xahar, peress li dan it-terminu ma jagħmilx prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju, mill-ħaddiema migranti kkonċernati, tad-drittijiet mogħtija mir-Regolament Nru 883/2004. |