Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0209

Kawża T-209/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2022 – Makhlouf vs Il-Kunsill

ĠU C 237, 20.6.2022, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 237, 20.6.2022, p. 60–60 (GA)

20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/62


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2022 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-209/22)

(2022/C 237/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Shahla Makhlouf (Fiarfax, Virginie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Karouni u K. Assogba, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/242 tal-21 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-Anness I tagħha;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/237 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u l-Anness II tiegħu;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 30,000 bħala kumpens għad-danni kollha flimkien;;

Skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż. Shahla Makhlouf titlob li l-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk li sostniet hi u li tirriżerva d-dritt li tiġġustifika matul il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-206/22, Makhlouf vs Il-Kunsill.


Top