Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0799

Kawża T-799/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2022 – Scania et vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-manifatturi ta’ trakkijiet – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tat-trakkijiet, l-iskeda dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet u r-riperkussjoni fuq il-klijenti tal-ispejjeż relatati ma’ dawn it-teknoloġiji – Proċedura ‘ibrida’ skaduta matul iż-żmien – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Prinċipju ta’ imparzjalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Ksur uniku u kontinwu – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Portata ġeografika tal-ksur – Multa – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

ĠU C 128, 21.3.2022, pp. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 7–7 (GA)

21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2022 – Scania et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-799/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-manifatturi ta’ trakkijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tat-trakkijiet, l-iskeda dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet u r-riperkussjoni fuq il-klijenti tal-ispejjeż relatati ma’ dawn it-teknoloġiji - Proċedura ‘ibrida’ skaduta matul iż-żmien - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ imparzjalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Ksur uniku u kontinwu - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Portata ġeografika tal-ksur - Multa - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 128/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scania AB (Södertälje, l-Isvezja), Scania CV AB (Södertälje), Scania Deutschland GmbH (Coblence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Arts, F. Miotto, C. Pommiès, K. Schillemans, C. Langenius, L. Ulrichs, P. Hammarskiöld, S. Falkner u N. De Backer, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6467 final, tas-27 ta’ Settembru 2017 dwar proċeduri taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ AT.39824 – Trakkijiet), jew sussidjarjament, tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scania AB, Scania CV AB u Scania Deutschland GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


Top