Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021AP0371

P9_TA(2021)0371 Estensjoni tal-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit fiċ-Channel Fixed Link (COM(2021)0402 – C9-0314/2021 – 2021/0228(COD)) P9_TC1-COD(2021)0228 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 biex jestendi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link

ĠU C 117, 11.3.2022, p. 340–340 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/340


P9_TA(2021)0371

Estensjoni tal-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit fiċ-Channel Fixed Link (COM(2021)0402 – C9-0314/2021 – 2021/0228(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 117/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0402),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0314/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Settembru 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2021)0228

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 biex jestendi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1701.)


Top