Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0534

    Kawża T-534/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Nvembru 2021 – VP vs Cedefop (“Talba għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/33


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Nvembru 2021 – VP vs Cedefop

    (Kawża T-534/21 R)

    (“Talba għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà”)

    (2022/C 37/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: Ic-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme et T. Payan, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Cedefop li jappoġġja d-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu li terġa tiġi stabbilita l-pożizzjoni ta’ konsulent legali intern u li tinbeda proċedura ta’ għażla u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Cedefop jiġi ordnat iżomm vakanti pożizzjoni ta’ membru tal-persunal temporanju fil-grad AD sabiex ir-rikorrenti terġa tiġi integrata fil-pożizzjoni ta’ konsulent legali.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top