Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0388

    P9_TA(2020)0388 Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(COM(2020)0828 – C9-0397/2020 – 2020/0364(COD)) P9_TC1-COD(2020)0364 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    ĠU C 445, 29.10.2021, p. 296–296 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 445/296


    P9_TA(2020)0388

    Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(COM(2020)0828 – C9-0397/2020 – 2020/0364(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 445/52)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0828),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0397/2020),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P9_TC1-COD(2020)0364

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2226.)


    Top