Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC1021(01)

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja (PEM) 2021/C 426/01

PUB/2021/806

ĠU C 426, 21.10.2021, pp. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 426/1


Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja (PEM)

(2021/C 426/01)

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni djagonali ta’ oriġini fost il-Partijiet Kontraenti applikanti (1), il-Partijiet Kontraenti applikanti kkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ ma’ Partijiet Kontraenti oħra.

Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni djagonali tista’ tapplika biss jekk il-Partijiet Kontraenti applikanti tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, li fihom regoli tal-oriġini identiċi, mal-Partijiet Kontraenti applikanti kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus oriġinarju, jiġifieri mal-Partijiet Kontraenti applikanti kollha li minnhom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjali li joriġinaw f’Parti Kontraenti applikant li ma tkunx għadha kkonkludiet ftehim mal-Partijiet Kontraenti applikanti tal-manifattura aħħarija u/jew tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinarji.

Abbażi tan-notifiki li jsiru mill-Partijiet Kontraenti applikanti lill-Kummissjoni, it-tabelli mehmuża jispeċifikaw:

 

Tabella 1 – ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni fl-1 ta’ Settembru 2021.

 

Tabella 2 – id-data li fiha l-akkumulazzjoni djagonali ssir applikabbli.

Fit-Tabella 1, “X” tindika l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn 2 sħab li jkun fih ir-regoli tal-oriġini li jippermettu l-akkumulazzjoni bbażata fuq ir-regoli tranżizzjonali tal-oriġini. Fil-każ ta’ akkumulazzjoni djagonali ma’ sħab terz, jenħtieġ li “X” tkun preżenti fl-intersezzjonijiet kollha tat-tabella bejn it-tliet sħab.

F’Tabella 2, id-dati msemmija jirreferu għad-data tal-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni djagonali abbażi tal-Artikolu 8 tal-Appendiċi A għal kull protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’“(T)”.

Il-kodiċijiet għall-Partijiet Kontraenti applikanti elenkati fit-tabelli huma mogħtija hawn taħt.

L-Unjoni Ewropea

UE

L-Istati tal-EFTA:

 

L-Iżlanda

IS

L-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein) (2)

CH (+ LI)

In-Norveġja

NO

Il-Gżejjer Faeroe

FO

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona:

 

Il-Ġordan

JO

Il-Palestina (3)

PS

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE:

L-Albanija

AL

Il-Maċedonja ta’ Fuq

MK

Il-Georgia

GE


Tabella 1

Ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni djagonali skont ir-regoli tranżizzjonali tal-oriġini fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja fl-1 ta’ Settembru 2021

 

UE

CH (+LI)

IS

NO

FO

JO

PS

AL

MK

GE

UE

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH (+LI)

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IS

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NO

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

JO

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PS

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MK

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

GE

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Id-data tal-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja

 

UE

CH (+LI)

IS

NO

FO

JO

PS

AL

MK

GE

UE

 

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 09.09.2021

(T) 01.09.2021

CH (+LI)

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IS

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NO

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

JO

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PS

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MK

(T) 09.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

GE

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  “Parti Kontraenti applikanti” tfisser Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni PEM li tinkorpora r-regoli tranżizzjonali tal-oriġini tal-PEM fil-ftehimiet kummerċjali preferenzjali bilaterali tagħha ma’ Parti Kontraenti oħra tal-Konvenzjoni PEM.

(2)  L-Iżvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.

(3)  Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni.


Top