This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0461
Case T-461/21: Action brought on 3 August 2021 — MCO (IP) v EUIPO — C8 (C2)
Kawża T-461/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2021 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2)
Kawża T-461/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2021 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2)
ĠU C 412, 11.10.2021, pp. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/18 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2021 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2)
(Kawża T-461/21)
(2021/C 412/19)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: MCO (IP) Holdings Ltd (Tortola, Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: A. Roughton, Barrister-at-law)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C8 (Issy-les-Moulineaux, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni C2 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 867 689
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 909/2020-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tippermetti t-trade mark (Applikazzjoni tal-EUIPO Nru 017867689) tipproċedi għar-reġistrazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess; |
|
— |
tikkundanna lil C8 għall-ispejjeż tagħha stess; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn MCO(IP) Holdings Limited. |
Motivi invokati
|
— |
applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ interdipendenza li wasslet għaċ-ċaħda żbaljata tar-reġistrazzjoni tas-sinjal; |
|
— |
applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ interdipenenza li wasslet għaċ-ċaħda żbaljata tal-appell mill-Bord tal-Appell; |
|
— |
applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ interdipendenza billi ntlaqgħet l-oppożizzjoni u, konsegwentement, billi r-reġistrazzjoni tas-sinjal ġiet b’mod żbaljat miċħuda. |