Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0760

Kawża T-760/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Awwissu 2021 – Jakeliūnas vs AETS (“Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni – Rifjut tal-President tal-AETS – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Talba għal ordni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)

ĠU C 412, 11.10.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 412/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Awwissu 2021 – Jakeliūnas vs AETS

(Kawża T-760/20) (1)

(“Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni - Rifjut tal-President tal-AETS - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Talba għal ordni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)

(2021/C 412/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stasys Jakeliūnas (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Paukštė, avukat)

Konvenut: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (rappreżentanti: G. Filippa, F. Barzanti u E. Siracusa, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 265 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni li l-AETS naqset illegalment milli tiftaħ investigazzjoni għal ksur tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Volum 4, p. 367) u min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-President tal-AETS tal-20 ta’ Ottubru 2020 li tirrifjuta l-ftuħ tal-investigazzjoni msemmija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stasys Jakeliūnas huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


Top