This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0306
Case C-306/21: Request for a preliminary ruling from the Varhoven administrativen sad (Bulgaria) lodged on 12 May 2021 — Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia v Koalitsia ‘Demokratichna Bulgaria — Оbedinenie’
Kawża C-306/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Mejju 2021 – Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia vs Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”
Kawża C-306/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Mejju 2021 – Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia vs Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”
ĠU C 329, 16.8.2021, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Mejju 2021 – Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia vs Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”
(Kawża C-306/21)
(2021/C 329/13)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Komisia za zashtita na lichnite danni, Tsentralna izbiratelna komisia
Konvenut: Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għal sitwazzjoni apparentement kompletament interna bħalma hija l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet għan-Narodno Sabranie (il-Parlament, il-Bulgarija) f’sitwazzjoni fejn is-suġġett tal-protezzjoni jkun id-data personali ta’ persuni li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u f’sitwazzjoni fejn l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data ma jkunux limitati għall-ġbir ta’ din id-data fil-kuntest tal-attività inkwistjoni? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-konklużjoni tal-attività tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet għall-Parlament, li apparentement ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, teżenta lill-kontrolluri, lill-proċessuri u lill-persuni li jaħżnu data personali mill-obbligi tagħhom taħt ir-Regolament 2016/679, bħala l-unika miżura li tipproteġi d-data personali ta’ ċittadini tal-Unjoni fil-livell tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni? L-applikabbiltà tar-Regolament 2016/679 tiddependi biss mill-attività li għaliha tinħoloq jew tinġabar id-data personali, kundizzjoni din li twassal ukoll għall-konklużjoni li għandha tiġi eskluża l-applikabbiltà ulterjuri tiegħu? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 6[(1)](e) tar-Regolament 2016/679 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkorporat fil-premessi 4 u 129 tiegħu, jippermettu miżura regolatorja nazzjonali li timplimenta dan ir-regolament fil-forma ta’ proċedura li inizjalment tipprojbixxi u tillimita l-possibbiltà li ssir kull tip ta’ reġistrazzjoni bil-video fil-kuntest tal-għadd tal-voti ta’ elezzjoni fil-lokalitajiet fejn issir il-votazzjoni, sa fejn ma tippermettix li ssir differenzazzjoni bejn u li jiġu rregolati d-diversi elementi tal-proċess tar-reġistrazzjoni bil-video u teskludi l-possibbiltà li l-għanijiet imfittxija mir-Regolament 2016/679 f’termini tal-protezzjoni tad-data personali jintlaħqu b’miżuri differenti? |
4) |
B’mod alternattiv, u fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet muniċipali u ta’ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, l-Artikolu 6[(1)](e) tar-Regolament 2016/679 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkorporat fil-premessi 4 u 129 tiegħu, jippermettu miżura regolatorja nazzjonali li timplimenta dan ir-regolament fil-forma ta’ proċedura li inizjalment tipprojbixxi u tillimita l-possibbiltà li ssir kull tip ta’ reġistrazzjoni bil-video fil-kuntest tal-għadd tal-voti ta’ elezzjoni fil-lokalitajiet fejn issir il-votazzjoni, sa fejn ma tagħmilx u lanqas ma tippermetti li ssir differenzazzjoni bejn u li jiġu rregolati d-diversi elementi tal-proċess tar-reġistrazzjoni bil-video u teskludi l-possibbiltà li l-għanijiet imfittxija mir-Regolament 2016/679 f’termini tal-protezzjoni tad-data personali jintlaħqu b’miżuri differenti? |
5) |
L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/679 jippermetti li l-azzjonijiet intiżi li jikkonfermaw il-legalità tal-iżvolġiment tal-elezzjoni u tal-għadd tal-voti jiġu kklassifikati bħala kompitu mwettaq fl-interess pubbliku li jiġġustifika ndħil limitat u suġġett għar-rekwiżit ta’ proporzjonalità fir-rigward tad-data personali tal-persuni preżenti fil-lokalitajiet fejn issir il-votazzjoni li jkunu qegħdin iwettqu funzjoni uffiċjali, pubblika u rregolata mil-liġi? |
6) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, il-protezzjoni tad-data personali tippermetti l-introduzzjoni ta’ regola nazzjonali li tipprojbixxi l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali u li tillimita l-possibbiltà li jitwettqu attivitajiet anċillari fuq ir-reġistrazzjonijiet bil-video fuq materjal, oġġetti u apparat, li ma jkunx fihom data personali, f’sitwazzjoni fejn potenzjalment ikun hemm il-possibbiltà li, fil-proċess tar-reġistrazzjoni bil-video, tinġabar ukoll data personali permezz ta’ reġistrazzjoni bil-video tal-persuni li jkunu jinsabu fil-lokalità u li f’dak il-mument ikunu qegħdin iwettqu kompitu fl-interess pubbliku? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.