This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0389
Case C-389/19 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 25 February 2021 — European Commission v Kingdom of Sweden, Kingdom of Denmark, Republic of Finland, European Parliament, European Chemicals Agency (Appeal — Regulation (EC) No 1907/2006 — Registration, evaluation, authorisation and restriction of chemicals — European Commission decision authorising certain uses of lead sulfochromate yellow and lead chromate molybdate sulfate red, substances listed in Annex XIV of that regulation — Substances of very high concern — Conditions of authorisation — Assessment of the lack of suitable alternatives)
Kawża C-389/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Il-Parlament Ewropew, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Appell – Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Reġistrazzjoni, evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi, kif ukoll restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tawtorizza ċerti użi tas-sulfokromat taċ-ċomb isfar u tas-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar, sustanzi mniżżla fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni – Eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi)
Kawża C-389/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Il-Parlament Ewropew, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Appell – Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Reġistrazzjoni, evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi, kif ukoll restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tawtorizza ċerti użi tas-sulfokromat taċ-ċomb isfar u tas-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar, sustanzi mniżżla fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni – Eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi)
ĠU C 138, 19.4.2021, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Il-Parlament Ewropew, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(Kawża C-389/19 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Reġistrazzjoni, evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi, kif ukoll restrizzjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tawtorizza ċerti użi tas-sulfokromat taċ-ċomb isfar u tas-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar, sustanzi mniżżla fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni - Eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi)
(2021/C 138/03)
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn R. Lindenthal, K. Mifsud-Bonnici u G. Tolstoy, sussegwentement minn R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti, assistiti minn K. Nordlander, advokat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg, H. Eklinder u A. Falk, sussegwentement minn O. Simonsson, C. Meyer-Seitz, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson, H. Shev u H. Eklinder, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn J. Nymann-Lindegren, M. S. Wolff u P. Z. L. Ngo, sussegwentement minn J. Nymann-Lindegren u M. S. Wolff, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard, A. Tamás u C. Biz, aġenti), L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Heikkilä, W. Broere u C. Schultheiss, sussegwentement minn M. Heikkilä, W. Broere u J. Löfgren, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Marzu 2019, l-Isvezja vs Il Kummissjoni (T-837/16, EU:T:2019:144), huwa annullat. |
|
2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
|
3) |
L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma miżmuma sakemm il-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi mill-ġdid dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ppreżentata minn DCC Maastricht BV. |
|
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, il-Parlament Ewropew u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura ta’ appell. |