EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0117

Kawża T-117/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi li jinkroċjaw fuq il-ġenb ta’ żarbun)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/50


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi li jinkroċjaw fuq il-ġenb ta’ żarbun)

(Kawża T-117/21)

(2021/C 128/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Deichmann, SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munich, SL (La Torre de Claramunt, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi inkroċjati fuq il-ġenb ta’ żarbun – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 923 852

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2882/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top