This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0669
Case T-669/20: Action brought on 13 November 2020 — Pluscard Service v EUIPO (PLUSCARD)
Kawża T-669/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)
Kawża T-669/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)
ĠU C 28, 25.1.2021, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/57 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)
(Kawża T-669/20)
(2021/C 28/86)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pluscard Service-Gesellschaft für Kreditkarten-Processing mbH (Saarbrücken, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Dury, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva PLUSCARD – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 494 424
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 638/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
teżamina mill-ġdid il-motivi mogħtija mill-EUIPO u t-talbiet tal-EUIPO; |
|
— |
ir-reġistrazzjoni tas-sinjal PLUSCARD għandha għalhekk tingħata kif sar applikazzjoni għaliha, għall-klassijiet kollha, inklużi l-klassijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; |
|
— |
minbarra dan, minħabba l-ostakoli tal-lingwa distintivi li jikkomplikaw ir-riżoluzzjoni ta’ din it-tilwima, huwa mitlub u inkoraġġut li jsiru proċeduri orali. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |