Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))

ĠU C 411, 27.11.2020, p. 291–291 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/291


P8_TA(2019)0009

Emenda tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2020/C 411/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Kunsill biex jemenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0464/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0476/2018),

1.

Japprova l-proposta;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti nazzjonali.

Top