EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0437

Kawża T-437/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Agrikoltura – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Laħam tat-tjur – Annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2013 permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dannu)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2020 – Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/18) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - Annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2013 permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dannu)

(2020/C 201/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tilly-Sabco (Guerlesquin, Franza) (rappreżentanti: R. Milchior u S. Charbonnel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis ut B. Hofstötterer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013 tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2013, L 196, p. 13).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tilly-Sabco hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018


Top