EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0070

Kawża C-70/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Frar 2020 – YL vs Altenrhein Luftfahrt GmbH

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Frar 2020 – YL vs Altenrhein Luftfahrt GmbH

(Kawża C-70/20)

(2020/C 201/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (Qorti Suprema, l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YL

Konvenuta: Altenrhein Luftfahrt GmbH

Domanda preliminari

Inżul bis-saħħa, li madankollu jkun għadu fil-limiti ta’ funzjonament normali tal-ajruplan u li matulu passiġġier iġarrab ġrieħi, jikkostitwixxi “inċident” fis-sens tal-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 (1)?


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491).


Top