Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0335

    Kawża C-335/18 u C-336/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AK (C-335/18), EP (C-336/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Artikolu 3(1) — Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni — Artikolu 4(2) — Miżuri ta’ retenzjoni — Artikolu 9(1) — Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ pieni ta’ priġunerija jew multa ffissata għal wieħed minn ħamsa tal-ammont tas-somma mhux iddikjarata, il-konfiska ta’ din is-somma għall-profitt tal-Istat — Proporzjonalità)

    ĠU C 112, 25.3.2019, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AK (C-335/18), EP (C-336/18)

    (Kawża C-335/18 u C-336/18) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Artikolu 3(1) - Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni - Artikolu 4(2) - Miżuri ta’ retenzjoni - Artikolu 9(1) - Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ pieni ta’ priġunerija jew multa ffissata għal wieħed minn ħamsa tal-ammont tas-somma mhux iddikjarata, il-konfiska ta’ din is-somma għall-profitt tal-Istat - Proporzjonalità))

    (2019/C 112/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    AK (C-335/18), EP (C-336/18)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 9(1) tar- Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija ta’ massimu ħames snin jew ta’ multa li tirrappreżenta wieħed minn ħamsa tas-somma ta’ flus kontanti mhux iddikkjarata, il-konfiska għall-profitt tal-Istat ta’ din is-somma mhux iddikjarata.


    (1)  ĠU C 276, 6.8.2018


    Top