This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0708
Case T-708/18: Action brought on 28 November 2018 — ZPC Flis v EUIPO — Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco)
Kawża T-708/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco)
Kawża T-708/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco)
ĠU C 44, 4.2.2019, pp. 76–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/76 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco)
(Kawża T-708/18)
(2019/C 44/102)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZPC Flis sp.j. (Radziejowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FLIS Happy Moreno choco – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 030 786
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2113/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal kunsiderazzjoni mill-ġdid; jew |
|
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma hemmx raġunijiet relattivi għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea 015030786 “Flis Happy Moreno choco” għall-oġġetti u s-servizzi fil-klassijiet 30 u 35 u t-trade mark għandha tiġi rreġistrata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |