Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62018TN0263

Kawża T-263/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Meblo Trade vs EUIPO – Meblo Int (MEBLO)

ĠU C 231, 2.7.2018, pp. 35-36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806150671955252018/C 231/452632018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180426353622

Kawża T-263/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Meblo Trade vs EUIPO – Meblo Int (MEBLO)

Início

C2312018MT3520120180426MT0045352362

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2018 – Meblo Trade vs EUIPO – Meblo Int (MEBLO)

(Kawża T-263/18)

2018/C 231/45Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meblo Trade d.o.o. (Zagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje d.o.o. (Nova Gorica, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva bl-iswed u bl-aħmar li tinkludi l-elementi verbali “MEBLO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 431 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 883/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.

Início