Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC0611(03)

    Notifika li tikkonċerna l-miżuri antidumping u kumpensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun

    C/2018/3656

    ĠU C 199, 11.6.2018, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 199/18


    Notifika li tikkonċerna l-miżuri antidumping u kumpensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun

    (2018/C 199/09)

    L-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazji antidumping u dazji kumpensatorji definittivi imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (2), kif emendati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 (3).

    Tliet kumpaniji li jinsabu fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin huma soġġetti għal rata ta’ dazju antidumping ta’ 36,2 % għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u dazji kumpensatorji ta’ 6,4 %, informaw lill-Kummissjoni li kienu bidlu isimhom kif imniżżel hawn taħt.

    Il-kumpaniji talbu lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimhom ma taffettwax id-dritt tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rata tad-dazju applikata lill-kumpaniji taħt l-isem li kellhom qabel.

    Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni pprovduta u kkonkludiet li l-bidla tal-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, kif emendati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570.

    Għalhekk, ir-referenzi fl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 għal:

    Zhongli Talesun Solar Co., Ltd

    B922

    jenħtieġ li jinqraw:

    Suzhou Talesun Solar Technologies Co., Ltd

    B922

    Il-kodiċi addizzjonali TARIC B922 li qabel kien attribwit għal Zhongli Talesun Solar Co., Ltd għandu japplika għal Suzhou Talesun Solar Technologies Co., Ltd.

    Ir-referenzi fl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 għal:

    Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

    Xi’an LONGi Silicon Materials Corp.

    B897

    jenħtieġ li jinqraw:

    Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

    LONGi Green Energy Technology Co., Ltd.

    B897

    Il-kodiċi addizzjonali TARIC B897 li qabel kien attribwit għal Xi’an LONGi Silicon Materials Corp., flimkien ma’ Wuxi LONGI Silicon Materials Co. Ltd għandu japplika għal LONGi Green Energy Technology Co., Ltd. flimkien ma’ Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd.

    Ir-referenzi fl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 għal:

    LERRI Solar Technology (Zhejiang) Co. Ltd

    B898

    jenħtieġ li jinqraw:

    LONGi Solar Technology(Zhejiang)Co., Ltd

    B898

    Il-kodiċi addizzjonali TARIC B898 li qabel kien attribwit għal Lerri Solar Technology (Zhejiang) Co. Ltd għandu japplika għal LONGi Solar Technology(Zhejiang)Co., Ltd.


    (1)  ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.

    (2)  ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1.

    (3)  ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22.


    Top