Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/133/04

    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    ĠU C 133, 16.4.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 133/20


    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    (2018/C 133/04)

    Image

    Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

    Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali — Il-grupp Laocoön

    Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-istatwa ta’ Laocoön u t-tfal tiegħu, imsejjaħ ukoll il-Grupp Laocoön, ħidma fondamentali tal-iskultura dinjija, fundamentali għall-Mużewijiet tal-Vatikan. Fiċ-ċentru t’isfel, hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “Città del VATICANO”. Mix-xellug għal-lemin, f’nofs tond, l-iskrizzjoni “ANNO EUROPEO DEL PATRIMONIO CULTURALE”. Fuq nett fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2018” u l-marka taz-zekka “R”. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, l-isem tal-artist “D. LONGO”.

    Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

    L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

    Data tal-ħruġ : il-31 ta’ Mejju 2018


    (1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top