Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0047

    Kawża T-47/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – UZ vs Il-Parlament

    ĠU C 123, 9.4.2018, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/24


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – UZ vs Il-Parlament

    (Kawża T-47/18)

    (2018/C 123/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: UZ (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara u tiddeċiedi li:

    id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Frar 2017 li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni dixxiplinari ta’ degradazzjoni tal-grad AD 13 skala 3, għall-grad AD 12, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2017 u aġġustament għal żero tal-punti ta’ mertu tagħha akkwistati fil-grad AD 13, hija annullata;

    id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tagħha għal assistenza hija annullata;

    il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 3 u 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra la semgħet lir-rikorrenti rigward id-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Anness IX u lanqas dwar iċ-ċaħda tagħha għal assistenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 9, 10 u 16 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn id-deċiżjoni dixxiplinari kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni globali mhux prevista fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri degradazzjoni tal-grad, kanċellazzjoni ta’ punti ta’ mertu u l-esklużjoni tagħha minn kull kompitu maniġerjali.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-irregolarità tax-xogħlijiet tal-Bord Dixxiplinari sa fejn dan tal-aħħar intalab jiddeċiedi mingħajr ma nstemgħet minn qabel ir-rikorrenti, u wkoll sa fejn huwa kiser, matul il-proċedura, id-drittijiet tad-difiża.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal b’mod partikolari sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra ma semgħetx lir-rikorrenti qabel ma ċaħdet it-talba għal assistenza tagħha.


    Top