Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0643

    Kawża C-643/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’: American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva (UE) 2015/2366 — Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern — Artikolu 35(1) — Rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas awtorizzati jew irreġistrati għas-sistemi ta’ ħlas — Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) — Inapplikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti għas-sistemi ta’ ħlas magħmulin esklużivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jappartjenu lil grupp — Applikabbiltà tal-imsemmija rekwiżiti għal skemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludew ftehimiet ta’ co-branding jew ta’ aġenzija — Validità)

    ĠU C 123, 9.4.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’: American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury

    (Kawża C-643/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva (UE) 2015/2366 - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Artikolu 35(1) - Rekwiżiti fil-qasam tal-aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas awtorizzati jew irreġistrati għas-sistemi ta’ ħlas - Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) - Inapplikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti għas-sistemi ta’ ħlas magħmulin esklużivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jappartjenu lil grupp - Applikabbiltà tal-imsemmija rekwiżiti għal skemi ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludew ftehimiet ta’ co-branding jew ta’ aġenzija - Validità))

    (2018/C 123/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’: American Express Co.,

    Konvenut: The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury

    fil-preżenza ta’: Diners Club International Limited, MasterCard Europe SA

    Dispożittiv

    1)

    Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li kkonkludiet ftehim ta’ co-branding ma’ sieħeb ta’ co-branding ma huwiex imċaħħad mill-benefiċċju tal-esklużjoni prevista f’din id-dispożizzjoni u għaldaqstant ma huwiex suġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 35(1) ta’ din id-direttiva fil-każ fejn dan is-sieħeb ta’ co-branding ma jkunx fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas u ma jipprovdix servizzi ta’ ħlas f’din l-iskema f’dak li jirrigwarda l-prodotti ta’ co-branding. Min-naħa l-oħra, skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li tagħmel użu minn aġent għall-finijiet tal-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas hija mċaħħda mill-benefiċċju ta’ din l-esklużjoni u, għaldaqstant, hija suġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu 35(1).

    2)

    L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2015/2366.


    (1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


    Top