Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0705

    Kawża C-705/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (l-Isvezja) fil-15 ta’ Diċembru 2017 — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson

    ĠU C 83, 5.3.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (l-Isvezja) fil-15 ta’ Diċembru 2017 — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson

    (Kawża C-705/17)

    (2018/C 083/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Svea hovrätt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Patent-och registreringsverket

    Konvenut: Mats Hansson

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evalwazzjoni globali tal-fatturi rilevanti kollha li għandha ssir f’evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tista’ tiġi affettwata mill-fatt li element tat-trade mark ġie espliċitament eskluż mill-protezzjoni meta ssir ir-reġistrazzjoni, jiġifieri li hekk imsejħa disclaimer [id-dikjarazzjoni ta’ rinunzja milli titlob drittijiet esklussivi] tkun iddaħħlet meta saret ir-reġistrazzjoni?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, id-dikjarazzjoni f’każ bħal dan tista’ taffettwa l-evalwazzjoni globali b’tali mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-element inkwistjoni iżda tagħtih importanza iktar limitata jiġifieri li ma jkunx meqjus li jkollu karattru distintiv, anki jekk l-element ikun de facto distintiv u prominenti fit-trade mark preċedenti?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u risposta negattiva għat-tieni domanda, id-dikjarazzjoni tista’ xorta waħda taffettwa l-evalwazzjoni globali b’xi mod ieħor?


    (1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).


    Top