Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0704

    Kawża C-704/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Diċembru 2017 – D. H. vs Ministerstvo vnitra

    ĠU C 83, 5.3.2018, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Diċembru 2017 – D. H. vs Ministerstvo vnitra

    (Kawża C-704/17)

    (2018/C 083/18)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: D. H.

    Konvenut: Ministerstvo vnitra

    Domandi preliminari

    L-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33/EU (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippremettix lin-Nejvyšší správní soud (Qorti Amministrattiva Suprema) tistħarreġ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonċerna d-detenzjoni ta’ ċittadin barrani wara li dan iċ-ċittadin barrani jkun ġie meħlus mid-detenzjoni?


    (1)  ĠU L 180, p. 96.


    Top