Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0654

    Kawżi magħquda C-654/16, C-657/16 u C-658/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Amber Capital Italia Sgr SpA (C-654/16), Amber Capital Uk Llp (C-654/16), Bluebell Partners Limited (C-657/16), Elliot International LP (C-658/16), The Liverpool Limited Partnership (C-658/16), Elliot Associates LP (C-658/16) vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 2004/25/KE — Offerti ta’ xiri — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) — Possibbiltà li jiġi emendat il-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iffissar tal-prezz tal-offerta għall-prezz ikkonstatat fil-każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew persuni li jkunu qed jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ jew numru ta’ bejjiegħa — Kunċett ta’ “kriterju ddeterminat b’mod ċar”)

    ĠU C 83, 5.3.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Amber Capital Italia Sgr SpA (C-654/16), Amber Capital Uk Llp (C-654/16), Bluebell Partners Limited (C-657/16), Elliot International LP (C-658/16), The Liverpool Limited Partnership (C-658/16), Elliot Associates LP (C-658/16) vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    (Kawżi magħquda C-654/16, C-657/16 u C-658/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti ta’ xiri - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà li jiġi emendat il-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iffissar tal-prezz tal-offerta għall-prezz ikkonstatat fil-każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew persuni li jkunu qed jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ jew numru ta’ bejjiegħa - Kunċett ta’ “kriterju ddeterminat b’mod ċar”))

    (2018/C 083/10)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Amber Capital Italia Sgr SpA (C-654/16), Amber Capital Uk Llp (C-654/16), Bluebell Partners Limited (C-657/16), Elliot International LP (C-658/16), The Liverpool Limited Partnership (C-658/16), Elliot Associates LP (C-658/16)

    Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    Fil-preżenza ta’: Hitachi Railltaly Investments Sri, Hitachi Railltaly SpA, Ansaldo Sts SpA (C-654/16), Finmeccanica SpA

    Dispożittiv

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità nazzjonali ta’ kontroll iżżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri fil-każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ jew numru ta’ bejjiegħa, billi sempliċement tipprovdi, fir-rigward tal-prezz li għalih din l-offerta tista’ tiġi emendata, li dan jikkorrispondi għall-prezz ikkonstatat minn din l-awtorità, sa fejn dan il-prezz jista’ jitnaqqas b’mod suffiċjentement ċar, preċiż u prevedibbli mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti mid-dritt intern.


    (1)  ĠU C 121, 18.4.2017


    Top