This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0432
European Parliament legislative resolution of 16 April 2014 on the draft Council decision on the system of own resources of the European Union (05602/2014 — C7-0036/2014 — 2011/0183(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05602/2014 – C7-0036/2014 – 2011/0183(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05602/2014 – C7-0036/2014 – 2011/0183(CNS))
ĠU C 443, 22.12.2017, pp. 994–998
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/994 |
P7_TA(2014)0432
Is-sistema tar-riżorsi proprji *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05602/2014 – C7-0036/2014 – 2011/0183(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2017/C 443/101)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (05602/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Kunsill (C7-0036/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0271/2014), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jistieden lill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-riżorsi proprji biex sa tmiem l-2014 kif indikat fid-dikjarazzjoni konġunta annessa ma' din ir-riżoluzzjoni (7) iressaq l-ewwel valutazzjoni tiegħu dwar is-sistema tar-riżorsi proprji; jistenna li tali Grupp se jressaq il-proposti biex jiġu megħluba n-nuqqasijiet tas-sistema attwali bil-għan li titwitta t-triq għal riforma, immexxija mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, tat-trasparenza, tal-ekwità u tar-responsabilità demokratika, biex issir operattiva fil-QFP li jmiss; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa8a (ġdida)
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8b (ġdida)
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 3
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8c (ġdida)
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 4
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8d (ġdida)
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8e (ġdida)
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda |
||
|
|
|
(1) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214.
(2) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.
(3) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 42.
(4) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 1.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0078.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0304.
(7) Ara wkoll Testi adottati, P7_TA(2013)0455.
ANNESS
Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Riżorsi Proprji
|
1. |
Skont l-Artikolu 311 tat-TFUE l-Unjoni għandha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb l-objettivi tagħha u twettaq b'suċċess il-politika tagħha; jipprevedi wkoll li, bla ħsara għal kull dħul ieħor, il-baġit għandu jkun iffinanzjat kollu kemm hu minn riżorsi proprji. L-Artikolu 311(3) jindika li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali, għandu, b'mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni dwar is-sistema ta' riżorsi proprji u li, f'dak il-kuntest, il-Kunsill jista' jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti. |
|
2. |
Fuq il-bażi ta' dan, f'Ġunju 2011 il-Kummissjoni ppreżentat sett ta' proposti biex tirriforma s-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Fil-laqgħa tiegħu tas-7/8 ta' Frar 2013, il-Kunsill Ewropew qabel li l-arranġamenti tar-riżorsi proprji għandhom jiġu ggwidati mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza u l-ekwità. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal riżorsa proprja ġdida bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Huwa stieden ukoll lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) biex jeżaminaw jekk tistax issir il-bażi għal riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-UE. |
|
3. |
Il-kwistjoni tar-riżorsi proprji teħtieġ aktar xogħol. Għal dan il-għan, ser jitlaqqa' Grupp ta' livell għoli, kompost minn membri maħtura mit-tliet istituzzjonijiet. Dan ser jieħu kont tal-kontribut kollu eżistenti jew li ġej li jista' jiġi pprovdut mit-tliet istituzzjonijiet Ewropej u mill-Parlamenti Nazzjonali. Dan għandu jisfrutta l-esperjenza xierqa, inkluż mill-awtoritajiet baġitarji u fiskali nazzjonali kif ukoll mill-esperti indipendenti. |
|
4. |
Il-Grupp ser iwettaq rieżami ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji ggwidat mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza, l-ekwità u r-responsabilità demokratika. L-ewwel valutazzjoni se tkun disponibbli fi tmiem l-2014. Il-progress tal-ħidma ser jiġi vvalutat fil-livell politiku b'laqgħat regolari, tal-inqas darba kull sitt xhur. |
|
5. |
Il-Parlamenti Nazzjonali ser jiġu mistiedna għal konferenza interistituzzjonali matul l-2016 biex jivvalutaw l-eżitu ta' dan ix-xogħol. |
|
6. |
Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-ħidma, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk humiex adatti inizjattivi ġodda ta' riżorsi proprji. Din il-valutazzjoni ser issir b'mod parallel mar-rieżami msemmi fl-Artikolu 1a tar-Regolament QFP bil-ħsieb ta' riformi possibbli li jiġu kkunsidrati għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. |