This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0369
P7_TA(2014)0369 Conditions of entry and residence of third-country nationals in the framework of an intra-corporate transfer ***I European Parliament legislative resolution of 15 April 2014 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on conditions of entry and residence of third-country nationals in the framework of an intra-corporate transfer (COM(2010)0378 — C7-0179/2010 — 2010/0209(COD)) P7_TC1-COD(2010)0209 Position of the European Parliament adopted at first reading on 15 April 2014 with a view to the adoption of Directive 2014/…/EU of the European Parliament and of the Council on the conditions of entry and residence of third-country nationals in the framework of an intra-corporate transfer
P7_TA(2014)0369 Kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali (COM(2010)0378 – C7-0179/2010 – 2010/0209(COD)) P7_TC1-COD(2010)0209 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali
P7_TA(2014)0369 Kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali (COM(2010)0378 – C7-0179/2010 – 2010/0209(COD)) P7_TC1-COD(2010)0209 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali
ĠU C 443, 22.12.2017, pp. 219–221
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/219 |
P7_TA(2014)0369
Kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali (COM(2010)0378 – C7-0179/2010 – 2010/0209(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 443/50)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0378), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0179/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-31 ta' Marzu 2011 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2014, li approva l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0170/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 101.
(2) ĠU C 166, 7.6.2011, p. 59.
P7_TC1-COD(2010)0209
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/66/UE.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
Din id-Direttiva tistabbilixxi skema awtonoma ta' mobilità li tipprevedi regoli speċifiċi, adottati abbażi tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) TFUE, fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' dħul, soġġorn u libertà ta' moviment ta' ċittadin ta' pajjiż terz għall-fini ta' xogħol bħala ħaddiem bi trasferiment intra-ażjendali fi Stati Membri għajr dak li ħareġ il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-ażjendali, li għandhom jitqiesu bħala lex specialis fir-rigward tal-acquis ta' Schengen.
Il-Parlament u l-Kunsill ħadu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina jekk għandhiex tittieħed xi azzjoni sabiex issaħħaħ iċ-ċertezza legali fir-rigward tal-interazzjoni bejn iż-żewġ reġimi legali, u b'mod partikolari teżamina l-ħtieġa għall-aġġornament tal-Manwal Prattiku ta' Schengen.
DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI
1) Dikjarazzjoni dwar id-definizzjoni ta' speċjalista:
Il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni ta' “speċjalista” fl-Artikolu 3(f) ta' din id-Direttiva hija skont id-definizzjoni ekwivalenti (“persuna li għandha għarfien mhux komuni”) li tintuża fl-iskeda tal-UE ta' impenji speċifiċi tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) tad-WTO. L-użu tal-kelma “speċjalizzat” minflok ta' dik “mhux komuni” ma tinkludiex tibdil jew estensjoni tad-definizzjoni tal-GATS u hija adattata biss għall-kliem li qed jintuża issa.
2) Dikjarazzjoni dwar il-ftehimiet bilaterali msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 18(2):
Il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 18(2) ta' din id-Direttiva biex tivvaluta l-impatt possibbli tal-ftehimiet bilaterali msemmija f'dak l-Artikolu dwar it-trattament tad-destinatarji tat-trasferiment intra-korporattiv u dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 u fejn ikun meħtieġ tieħu kwalunkwe miżura xierqa.