Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0346

    P8_TA(2015)0346 Servizzi ta' ħlas fis-suq intern ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD)) P8_TC1-COD(2013)0264 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

    ĠU C 349, 17.10.2017, p. 106–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 349/106


    P8_TA(2015)0346

    Servizzi ta' ħlas fis-suq intern ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2017/C 349/29)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0547),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0230/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 (2),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Ġunju 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunisdra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0169/2014),

    wara li kkunsidra l-emendi li adotta fis-seduta tiegħu tat-3 ta' April 2014 (3),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura,

    wara li kkunisdra r-rapport supplimentari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0266/2015),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 224, 15.7.2014, p. 1.

    (2)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 78.

    (3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0280.


    P8_TC1-COD(2013)0264

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/2366.)


    Top