This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0508
Case T-508/16: Judgment of the General Court of 6 July 2017 — Bodson and Others v EIB (Civil service — EIB staff — Contractual nature of the employment relationship — Remuneration — Reform of the bonus scheme — Legitimate expectations — Legal certainty — Manifest error of assessment — Proportionality — Duty to have regard for the welfare of staff — Article 11(3) of the Rules of Procedure of the EIB — Equal treatment)
Kawża T-508/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema tal-bonuses — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dmir ta’ premura — Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI — Ugwaljanza fit-trattament”)
Kawża T-508/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema tal-bonuses — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dmir ta’ premura — Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI — Ugwaljanza fit-trattament”)
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Bodson et vs BEI
(Kawża T-508/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema tal-bonuses - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dmir ta’ premura - Artikolu 11(3) tar-Regoli interni tal-BEI - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2017/C 277/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-450 rikorrent ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement T. Gilliams u G. Faedo, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikonti ta’ bonus ta’ April 2013, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tal-14 ta’ Diċembru 2010 u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-9 ta’ Novembru 2010, tad-29 ta’ Ġunju u tas-16 ta’ Novembru 2011 u tal-20 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-BEI sabiex tħallas lir-rikorrenti somma ekwivalenti għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa b’applikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq u dak tar-remunerazzjonijiet dovuti b’applikazzjoni tas-sistema preċedenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, tas-sistema l-ġdida korrettament implementata kif ukoll kumpens għad-danni materjali, minħabba t-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist tagħhom, u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Jean-Pierre Bodson u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 274, 21.9.2013 (kawża inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-61/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).