Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0001

    Kawża T-1/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM — Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni — Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Politika soċjali tal-Istati Membri — Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-1/15) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Politika soċjali tal-Istati Membri - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”))

    (2017/C 277/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, C. Froitzheim u A. Dupuis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci U B. Stromsky, aġenti)

    Parti konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: Comité d’entreprise de la Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

    Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Corsica Ferries France (Bastia, Franza) (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Is-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS.

    3)

    Il-comité d’entreprise tas-Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 56, 16.2.2015..


    Top