Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0067

    Kawża T-67/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja — Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni — Spejjeż relatati mal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dannu — Rabta kawżali — Ilment — Ftuħ tal-investigazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017 – Viraj Profiles vs Il-Kunsill

    (Kawża T-67/14) (1)

    ((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja - Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni - Spejjeż relatati mal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dannu - Rabta kawżali - Ilment - Ftuħ tal-investigazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

    (2017/C 277/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Parties

    Rikorrenti: Viraj Profiles Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Driessen, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistit minn R. Bierwagen, C. Hipp u D. Reich, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013, tal-5 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU 2013, L 298, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013, tal-5 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Viraj Profiles Ltd.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Viraj Profiles.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


    Top