EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0009

Kawża C-9/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra A [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikoli 20 u 21 — Qsim tal-fruntieri interni — Verifiki fit-territorju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuni maqbuda f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera komuni mal-Istati l-oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Possibbiltà ta’ kontroll indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti ċerti miżuri ta’ kontroll tal-persuni fi ħdan stazzjon tal-ferrovija]

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kehl – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra A

(Kawża C-9/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) - Artikoli 20 u 21 - Qsim tal-fruntieri interni - Verifiki fit-territorju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli sabiex tiġi stabbilita l-identità tal-persuni maqbuda f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera komuni mal-Istati l-oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen - Possibbiltà ta’ kontroll indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti ċerti miżuri ta’ kontroll tal-persuni fi ħdan stazzjon tal-ferrovija])

(2017/C 277/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kehl

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

A

Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Offenburg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkontrollaw l-identità ta’ kull persuna, f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera terrestri ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Unjoni Ekonomika Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża, dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il Lussemburgu) fid-19 ta’ Ġunju 1990, bil-għan ta’ prevenzjoni jew li ttemm id-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew bil-għan li tipprevjeni ċerti reati diretti kontra s-sigurtà tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi partikolari, sakemm din il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-qafas neċessarju għal din is-setgħa sabiex jiġi ggarantit li l-eżerċizzju prattiku ta’ din ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dawk tal-verifiki fil-fruntieri, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dipartimenti tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat li jaffettwaw, fuq ferrovija jew fil-bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, kontrolli tal-identità jew tad-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera ta’ kull persuna, kif ukoll li jwaqqfu fil-qasir u li jagħmlu mistoqsijiet lil kull persuna għal dan il-għan, abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, bil-kundizzjoni li l-eżerċizzju ta’ dawn il-kontrolli jkun suġġett fid-dritt nazzjonali għal preċiżjonijiet u għal limitazzjonijiet li jiddeterminaw l-intensità, il-frekwenza u s-selettività ta’ dawn il-kontrolli, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


Top