Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0535

Kawża C-535/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureș – ir-Rumanija) – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 2(b) — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kunċett ta’ “konsumatur” — Persuna fiżika li kkonkludiet kuntratt ta’ novazzjoni ma’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rimbors ta’ krediti kkuntrattati minn kumpannija fil-konfront ta’ dan l-istabbiliment)

ĠU C 213, 3.7.2017, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureș – ir-Rumanija) – Michael Tibor Bachman vs FAER IFN SA

(Kawża C-535/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Persuna fiżika li kkonkludiet kuntratt ta’ novazzjoni ma’ stabbiliment ta’ kreditu sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rimbors ta’ krediti kkuntrattati minn kumpannija fil-konfront ta’ dan l-istabbiliment))

(2017/C 213/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Mureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Tibor Bachman

Konvenuta: FAER IFN SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li, wara novazzjoni, impenjat ruħha, b’kuntratt, fil-konfront ta’ stabbiliment ta’ kreditu li tirrimborsa krediti inizjalment mogħtija lil kumpannija għall-finijiet tal-attività tagħha, tista’ titqies bħala konsumatur, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din il-persuna fiżika ma għandhiex rabta manifesta ma’ din il-kumpannija u meta hija aġixxiet b’dan il-mod għal finijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tal-attività professjonali tagħha, iżda minħabba r-rabtiet tagħha mal-persuna li kienet tikkontrolla l-imsemmija kumpannija kif ukoll mal-persuna li ffirmat kuntratti anċillari għall-kuntratti ta’ kreditu inizjali (kuntratti ta’ garanzija jew ta’ garanzija immobiljari/ipoteka).


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


Top