Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0088

Kawża T-88/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

ĠU C 95, 27.3.2017, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/17)

(2017/C 095/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u M. García Valdecasas Dorrego, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment, fir-rigward tal-Aġenzija tal-Ħlas ta’ Estremadura, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2016/2113, tat-30 ta’ Novembru 2016, dwar il-likwidazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri dwar in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena ta’ implementazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni FAEŻR 2007-2013 (16 ta’ Ottubru 2015-31 ta’ Diċembru 2015), sa fejn hija ma tirrimborsalhiex somma ta’ EUR 5 364 682,52;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 69 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2005, L 277, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 473/2009 tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 2009 (ĠU 2009, L 144, p. 3), sa fejn ma jippermettix it-tnaqqis ta’ ammont ta’ EUR 5 364 682,52 (ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw) fil-likwidazzjoni tal-kontijiet li jikkorrispondu għall-ispejjeż iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena ta’ implementazzjoni tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 tal-FAEŻR.

2.

It-tieni motiv, invokat b’mod sussidjarju, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li ma hemmx ksur tal-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u bbażat fuq il-kunsiderazzjoni li l-konvenuta aġixxiet b’mod arbitrarju, billi eċċediet is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħha u kisret ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.


Top