Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62015TA0206

    Kawża T-206/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni [“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġett ‘Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human’ — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi r-rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa — Inammissibbiltà — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 — Dokumenti u osservazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tat-termini mogħtija”]

    ĠU C 410, 7.11.2016, S. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 410/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-206/15) (1)

    ([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġett ‘Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human’ - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi r-rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa - Inammissibbiltà - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 - Dokumenti u osservazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tat-termini mogħtija”])

    (2016/C 410/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Intercon sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herbout-Borczak u S. Lejeune, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikkonstata, minn naħa, il-ksur mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ sussidju Nru 224635, dwar il-finanzjament tal-proġett “Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human (VPH2)”, u, min-naħa l-oħra, li s-somom imħallsa bħala kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea jikkorrispondu għall-ispejjeż li huma eliġibbli u li l-ammont ta’ EUR 70 620 mitluba mir-rikorrenti permezz tal-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 u n-nota ta’ debitu annessa ma għandhomx, għaldaqstant, jiġu rrimborsati.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Intercon sp. z o.o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 221, 6.7.2015.


    nach oben