Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0542

    Kawża C-542/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un KO”), SIA “Ausma grupa” vs Konkurences padome u Konkurences padome vs SIA “Pārtikas kompānija” [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101(1) TFUE — Sitwazzjoni purament interna — Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali analoga — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prattika miftiehma — Responsabbiltà ta’ impriża għall-aġir ta’ fornitur ta’ servizzi — Kundizzjonijiet]

    ĠU C 343, 19.9.2016, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un KO”), SIA “Ausma grupa” vs Konkurences padome u Konkurences padome vs SIA “Pārtikas kompānija”

    (Kawża C-542/14) (1)

    ([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101(1) TFUE - Sitwazzjoni purament interna - Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali analoga - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prattika miftiehma - Responsabbiltà ta’ impriża għall-aġir ta’ fornitur ta’ servizzi - Kundizzjonijiet])

    (2016/C 343/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un KO”), SIA “Ausma grupa”, Konkurences padome

    Konvenuta: Konkurences padome, SIA “Pārtikas kompānija”

    Dispożittiv

    L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża tista’, bħala prinċipju, tinżamm responsabbli għal prattika miftiehma minħabba l-aġir ta’ fornitur indipendenti li jipprovdilha servizzi biss jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija ssodisfatta:

    il-fornitur kien jopera fil-verità taħt id-direzzjoni jew il-kontroll tal-impriża involuta, jew

    din l-impriża kellha għarfien tal-għanijiet antikompetittivi mfittxija mill-kompetituri tagħha u mill-fornitur u riedet tikkontribwixxi għalihom bl-aġir tagħha stess, jew

    l-imsemmija impriża setgħet raġonevolment tipprevedi l-aġir antikompetittiv tal-kompetituri tagħha u tal-fornitur u kienet lesta taċċetta dan ir-riskju.


    (1)  ĠU C 56, 16.12.2015.


    Top