Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016Y0804(01)

    Notifika dwar l-aġġustament tas-salarji bażiċi u l-benefiċċji applikabbli għall-persunal tal-Europol soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol skont l-Artikolu 57(5) tal-Kunsill b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, l-1 ta’ Lulju 2012, l-1 ta’ Lulju 2013 u l-1 ta’ Lulju 2014

    ĠU C 282, 4.8.2016, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/6


    Notifika dwar l-aġġustament tas-salarji bażiċi u l-benefiċċji applikabbli għall-persunal tal-Europol soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol skont l-Artikolu 57(5) tal-Kunsill b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, l-1 ta’ Lulju 2012, l-1 ta’ Lulju 2013 u l-1 ta’ Lulju 2014

    (2016/C 282/04)

    Skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tas-6 ta’ April 2009 (1), b’deroga mill-Kapitolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol (2), ir-rata perċentwali tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjoni deċiża mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) għandha tapplika għall-persunal tal-Europol impjegat skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol.

    1.   Aġġustament tar-remunerazzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011

    Skont ir-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (4), ir-rimunerazzjonijiet tal-Persunal tal-Europol huma aġġustati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 kif ġej:

    (a)

    L-ammonti ta’ salarji bażiċi speċifikati bl-Artikolu 45 ESR, kif ukoll l-ammonti msemmija fl-Artikoli 60(1) ESR, 2(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, 3(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, 3(2) tal-Appendiċi għall-ESR, 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR u 5(3) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, mhumiex affettwati (żieda ta’ 0 %).

    Konsegwentament, l-ammonti msemmija fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, kif emendati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010 u speċifikati fin-Notifika datata t-18 ta’ April 2014 dwar l-aġġustament tas-salarji u l-benefiċċji bażiċi applikabbli għall-persunal tal-Europol soġġett għar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Europol skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 u l-1 ta’ Lulju 2010 (5), huma applikabbli.

    (b)

    Il-koeffiċjent tal-ippeżar għall-applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) u (3) huwa aġġustat kif ġej:

    In-Netherlands 94,1

    2.   Aġġustament tar-remunerazzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012

    B’riżultat tar-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (6), ir-rimunerazzjonijiet tal-Persunal tal-Europol huma aġġustati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 kif ġej:

    (a)

    L-ammonti għas-salarji bażiċi speċifikati mill-Artikolu 45 tal-ESR huma aġġustati kif ġej:

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    11

    1

    16 300,94

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2

    14 637,55

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3

    10 046,70

    10 306,18

    10 565,67

    10 845,12

    11 124,57

    11 417,29

    11 708,69

    12 016,13

    12 325,51

    12 651,53

    12 974,20

    4

    8 749,27

    8 982,14

    9 211,70

    9 454,54

    9 697,39

    9 953,54

    10 206,37

    10 475,85

    10 745,30

    11 028,09

    11 310,86

    5

    7 209,00

    7 398,63

    7 584,92

    7 784,53

    7 984,14

    8 197,04

    8 406,62

    8 629,51

    8 849,07

    9 081,94

    9 314,82

    6

    6 177,74

    6 340,71

    6 503,75

    6 676,74

    6 846,40

    7 026,03

    7 205,68

    7 395,31

    7 584,92

    7 784,53

    7 984,14

    7

    5 149,75

    5 286,17

    5 419,22

    5 562,28

    5 705,31

    5 855,03

    6 004,72

    6 164,41

    6 320,76

    6 487,12

    6 653,44

    8

    4 377,97

    4 494,40

    4 607,50

    4 730,60

    4 850,34

    4 976,78

    5 103,19

    5 239,59

    5 372,65

    5 515,71

    5 655,40

    9

    3 859,00

    3 962,13

    4 065,26

    4 171,69

    4 278,16

    4 391,26

    4 504,38

    4 624,14

    4 740,61

    4 867,00

    4 990,09

    10

    3 346,69

    3 436,52

    3 522,99

    3 616,12

    3 705,97

    3 805,77

    3 905,57

    4 008,68

    4 108,49

    4 218,28

    4 324,74

    11

    3 243,56

    3 330,07

    3 413,21

    3 503,04

    3 592,85

    3 689,33

    3 782,49

    3 882,29

    3 982,09

    4 088,56

    4 191,64

    12

    2 574,91

    2 644,72

    2 711,26

    2 781,14

    2 851,02

    2 927,50

    3 004,03

    3 083,88

    3 160,38

    3 243,56

    3 326,73

    13

    2 212,26

    2 272,15

    2 328,71

    2 391,92

    2 451,81

    2 518,33

    2 581,55

    2 651,40

    2 717,95

    2 791,13

    2 860,98

    (b)

    L-Artikolu 60(1) ESR l-ammont “EUR 290,44” huwa aġġustat għal: “EUR 292,76”;

    (c)

    L-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 303,62” huwa aġġustat għal: “EUR 306,05”;

    (d)

    L-Artikolu 3(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 13 201,27” huwa aġġustat għal: “EUR 13 306,88”;

    (e)

    L-Artikolu 3(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 2 970,29” huwa aġġustat għal: “EUR 2 994,05”;

    (f)

    L-Artikolu 3(2) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 17 821,71” huwa aġġustat għal: “EUR 17 964,28”;

    (g)

    L-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 1 320,14” huwa aġġustat għal: “EUR 1 330,70”;

    (h)

    L-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 990,12” huwa aġġustat għal: “EUR 998,04”;

    (i)

    L-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 660,06” huwa aġġustat għal: “EUR 665,34”;

    (j)

    L-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 528,04” huwa aġġustat għal: “EUR 532,26”;

    (k)

    L-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 1 862,96” huwa aġġustat b’: “EUR 1 877,86”;

    (l)

    L-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 2 483,96” huwa aġġustat b’: “EUR 2 503,83”;

    (m)

    L-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 3 104,94” huwa aġġustat għal: EUR 3 129,78

    (n)

    Il-koeffiċjent tal-ippeżar għall-applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) u (3) huwa aġġustat kif ġej:

    In-Netherlands 96,3

    3.   Aġġustament tar-remunerazzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1416/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jaġġusta l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 (7), ir-remunerazzjonijiet tal-Persunal tal-Europol huma aġġustati kif ġej b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013:

    (a)

    L-ammonti ta’ salarji bażiċi speċifikati bl-Artikolu 45 ESR, kif ukoll l-ammonti msemmija fl-Artikoli 60(1) ESR, 2(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, 3(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, 3(2) tal-Appendiċi għall-ESR, 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR u 5(3) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, huma ffriżati.

    Konsegwentament, l-ammonti msemmija fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, kif emendati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 u speċifikati fl-Artikoli 2(a) sa 2(m) ta’ din in-Notifika, jibqgħu applikabbli.

    (b)

    Il-koeffiċjent tal-ippeżar għall-applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) u (3) huwa aġġustat kif ġej:

    In-Netherlands 99,6

    4.   Aġġustament tar-remunerazzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014

    Skont l-Aġġornament annwali tat-12 ta’ Diċembru 2014 tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014 għar-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (8), ir-rimunerazzjonijiet tal-Persunal tal-Europol huma aġġustati kif ġej b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014:

    (a)

    L-ammonti ta’ salarji bażiċi speċifikati bl-Artikolu 45 ESR, kif ukoll l-ammonti msemmija fl-Artikoli 60(1) ESR, 2(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, 3(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, 3(2) tal-Appendiċi għall-ESR, 4(1) tal-Appendiċi 5 għall-ESR u 5(3) tal-Appendiċi 5 għall-ESR, huma ffriżati.

    Konsegwentament, l-ammonti msemmija fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, kif emendati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014 u speċifikati fl-Artikoli 2(a) sa 2(m) ta’ din in-Notifika, jibqgħu applikabbli.

    (b)

    Il-koeffiċjent tal-ippeżar għall-applikazzjoni tal-Artikolu 43(2) u (3) huwa aġġustat kif ġej:

    In-Netherlands 98,6

    Noti ta’ spjegazzjoni:

    Ir-rata ta’ aġġustament tas-salarji u l-benefiċċji bażiċi skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol tirriżulta mill-kombinazzjoni tar-rata ta’ aġġustament tas-salarji bażiċi speċifikati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-varjazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għan-Netherlands skont l-Artikolu 64 ta’ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

    L-aġġustament tal-ippeżar applikabbli għar-rimunerazzjonijiet imħallsa lill-membri tal-persunal tal-Europol li l-post tax-xogħol tagħhom mhuwiex fin-Netherlands huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-varjazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pajjiżi kkonċernati skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.


    (1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

    (2)  L-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23).

    (3)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

    (4)  ĠU L 129, 30.4.2014, p. 5.

    (5)  ĠU C 211, 5.7.2014, p. 15.

    (6)  ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12.

    (7)  ĠU L 353, 28.12.2013, p. 24.

    (8)  ĠU C 444, 12.12.2014, p. 10.


    Top