This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/227/07
Prior notification of a concentration (Case M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 227, 23.6.2016, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 227/07)
|
1. |
Fil-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Sanofi (Sanofi, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju fil-kura tas-saħħa tal-konsumaturi ta’ Boehringer Ingelheim (BI CHC, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Sanofi: attiva fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-kura tas-saħħa, fosthom prodotti farmaċewtiċi, vaċċini għan-nies u kura tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja, — għal BI CHC: attiva mad-dinja kollha fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-bniedem għall-konsumaturi — u bl-eċċezzjoni ta’ ftit prodotti bir-riċetta — prinċipalment fil-qasam tat-trattamenti gastro-intestinali, prodotti għas-sogħla u rjiħat, prodotti għall-uġigħ ġenerali u VMS (vitamini, minerali u supplimenti għall-benesseri). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jaf ikollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tl-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7919 — Sanofi/Boehringer Ingelheim Consumer Healthcare Business, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet).