Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62006TA0060

Kawżi magħquda T-60/06 RENV II u T-62/06 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – L-Italja u Eurallumina vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Direttiva 92/81/KEE — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina — Eżenzjoni mis-sisa — Natura selettiva tal-miżura — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali tal-1998 — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Prinċipju lex specialis derogat legi generali — Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ legalità u ta’ effet utli tal-atti tal-istituzzjonijiet — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 200, 6.6.2016, str. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – L-Italja u Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-60/06 RENV II u T-62/06 RENV II) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Eżenzjoni mis-sisa - Natura selettiva tal-miżura - Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni - Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b’għan reġjonali tal-1998 - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Prinċipju lex specialis derogat legi generali - Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ legalità u ta’ effet utli tal-atti tal-istituzzjonijiet - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 200/26)

Lingwi tal-kawża: it-Taljan u l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. Aiello, avvocato dello Stato), u Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: L. Martin Alegi, R. Denton, A. Stratakis u L. Philippou, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, N. Khan, G. Conte, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardegna, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja (ĠU 2006, L 119, p. 12), sa fejn din tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Taljana, bejn it-3 ta’ Frar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2003, abbażi tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina f’Sardegna (l-Italja) u sa fejn tordna lir-Repubblika Taljana tirkupra l-imsemmija għajnuna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi T-60/06, T-60/06 RENV I u T-60/06 RENV II u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll kwint mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P.

3)

Eurallumina SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawżi T-62/06, T-62/06 RENV I u T-62/06 RENV II u tliet partijiet minn għoxrin tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati kwart mill-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi T-62/06, T-62/06 RENV I u T-62/06 RENV II kif ukoll kwint mill-ispejjeż tagħha stess fil-Kawżi C-89/08 P u C-272/12 P.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


Na vrh