Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0701

Kawża C-701/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

ĠU C 136, 18.4.2016, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

(Kawża C-701/15)

(2016/C 136/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malpensa Logistica Europa SpA

Konvenuta: SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), sa fejn dan jissuġġetta l-attivitajiet ta’ esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għar-regoli li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi Komunitarji bil-għan tat-tqegħid ta’ ajruporti għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru, hekk kif iddefiniti mill-ġurisprudenza nazzjonali mfakkra fil-punti 6.4 u 6.5, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fl-Artikoli 4 u 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 18/1999, li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa pubblika għal offerti għal kull għoti, inkluż temporanju, ta’ spazji intiżi għal dan il-għan?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).


Top