This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AP0358
P7_TA(2013)0358 Measures for the recovery of European eel stocks ***I European Parliament legislative resolution of 11 September 2013 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 1100/2007 establishing measures for the recovery of the stock of European eel (COM(2012)0413 — C7-0202/2012 — 2012/0201(COD)) P7_TC1-COD(2012)0201 Position of the European Parliament adopted at first reading on 11 September 2013 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2013 of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 1100/2007 establishing measures for the recovery of the stock of European eel
P7_TA(2013)0358 Miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (COM(2012)0413 – C7-0202/2012 – 2012/0201(COD)) P7_TC1-COD(2012)0201 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-11 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea
P7_TA(2013)0358 Miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (COM(2012)0413 – C7-0202/2012 – 2012/0201(COD)) P7_TC1-COD(2012)0201 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-11 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea
ĠU C 93, 9.3.2016, pp. 395–401
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/395 |
P7_TA(2013)0358
Miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (COM(2012)0413 – C7-0202/2012 – 2012/0201(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 093/44)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0413), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0202/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta1-14 ta’ Novembru 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0242/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 86.
P7_TC1-COD(2012)0201
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-11 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(-1) |
Fuq il-bażi ta’ informazzjoni li għandha tiġi provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport dwar l-eżitu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi, b’mod urġenti, miżuri adatti sabiex jinkiseb, bi probabbiltà kbira, l-irkupru tas-sallura Ewropea. [Em. 1] |
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bir-Regolament (KE) Nru 1100/2007 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Em. 2] |
|
(3) |
Sabiex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007, is-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-teħid ta' miżuri sabiex tindirizza tnaqqis sinifikattiv fil-prezzijiet medji tas-suq għas-sallur użat għar-riforniment, imqabblin ma’ dawk tas-sallur użat għal skopijiet oħrajn. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma prepartorja tagħha fuq il-bażi tal-parir xjentifiku u r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi l-iktar riċenti, speċjalment fil-livell tal-esperti, sabiex tiżgura li l-informazzjoni disponibbli għaliha tkun imparzjali, preċiża, kompluta u aġġornata. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja u fil-ħin tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 3] |
|
(4) |
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż fil-livell tal-esperti. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 4] |
|
(6) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 dwar l-approvazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Ġestjoni għas-Sallur mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' dejta tal-aqwa informazzjoni teknika u xjentifika disponibbli li tkun ukoll l-aktar reċenti , is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). [Em. 5] |
|
(6a) |
L-ICES għandu jipprovdi parir ġdid u aktar komprensiv dwar l-istatus tal-istokkijiet tas-sallura fl-2013. Fit-tħejjija ta' tali parir, l-ICES għandu jħares lejn il-kawżi kollha ta' tnaqqis fl-istokkijiet tas-sallura, anke f'rabta maż-żoni fejn dan ibid il-bajd. Fil-każ li l-ICES jikkonferma li l-istatus tal-istokkijiet tas-sallura għadu kritiku, il-Kummissjoni, mill-iktar fiss possibbli, għandha tissottometti proposta għal regolament ġdid dwar l-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea. Dak ir-regolament għandu jkopri wkoll soluzzjonijiet għat-terminu twil, bħal modi kif jiġu żblukkati l-passaġġi migratorji. [Em. 6] |
|
(7) |
Il-Kummissjoni mhix se tkun f'pożizzjoni li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw ir-riforniment, inkluż l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq sa l-1 ta' Lulju 2011, minħabba t-trażmissjoni tard minn xi Stati Membri tal-informazzjoni rilevanti. L-iskadenza għal dan ir-rapport għandha għalhekk tiġi posposta għall-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(7a) |
Huwa importanti li l-Kummissjoni tippenalizza lill-Istati Membri li ma jkunux bagħtu jew analizzaw id-data kollha disponibbli għalihom sabiex ikun jista' jitfassal inventarju eżawrjenti u xjentifikament sod tas-sitwazzjoni fir-rigward tas-sallura Ewropea. [Em. 7] |
|
(8) |
Id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 dwar is-setgħa ta' adozzjoni ta' miżuri alternattivi biex jintlaħqu l-livelli tal-ħarba mmirati jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex jemenda dan l-element mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament. Billi din il-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet ma għadhiex possibbli taħt it-TFUE, d-dispożizzjoni kkonċernata għandha titħassar. |
|
(9) |
Kien ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/292/KE (5) li l-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu ma jikkostitwixxux ħabitat naturali tas-sallur għas-sallura Ewropea għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007. Għalhekk l-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament ma għadux jgħodd u għandu jitħassar. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/310/KE (6) approvat it-talbiet minn Ċipru, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja biex jiġu eżentati mill-obbligu li jippreparaw Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur. M'hemm l-ebda talba pendenti għall-eżenzjoni minn dak l-obbligu. Għalhekk l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 ma għadux jgħodd u għandu jitħassar. |
|
(11) |
Ir-Regolment (KE) Nru 1100/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, jitħassar il-paragrafu 2. |
|
(1a) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddefinixxu l-baċini ta’ xmajjar individwali li jinsabu fit-territorju nazzjonali tagħhom li jikkostitwixxu ħabitats naturali għas-sallura Ewropea (baċini ta’ xmajjar tas-sallura), li jistgħu jinkludu ilmijiet marittimi.” [Em. 9] |
|
(1b) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “10. Fil-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura, kull Stat Membru għandu jimplimenta miżuri adatti malajr kemm jista’ jkun għat-tnaqqis tal-mortalità tas-sallura kkawżata minn fatturi esterni għas-sajd, inklużi t-turbini idroelettriċi u l-pompi. Għandhom jittieħdu miżuri oħra meta jkun meħtieġ sabiex titnaqqas il-mortalità kkawżata minn fatturi oħra biex jintlaħqu l-miri tal-Pjan.” [Em. 10] |
|
(2) |
Jitħassar l-Artikolu 3. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-pjanijiet ta’ Ġestjoni għas-Sallur għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 12b(2).” |
|
(3a) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Stat Membru li jkun ippreżenta Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura lill-Kummissjoni għal approvazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, li ma jistax jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 jew li ma jissodisfax il-kundizzjoijiet ta' rappurtar u evalwazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, għandu jnaqqas l-isforz tas-sajd b’mill-inqas 50 % relattivament għall-isforz medju użat mill-2004 sa l-2006 jew inaqqas l-isforz tas-sajd sabiex jiżgura tnaqqis fil-qabdiet ta’ sallura b’mill-inqas 50 % relattivament għall-qabda medja mill-2004 sa l-2006, billi jqassar l-istaġun tas-sajd għas-sallura jew b’mezzi oħrajn. Dan it-tnaqqis għandu jiġi implimentat fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni li ma jiġix approvat il-pjan jew fi żmien tliet xhur min-nuqqas ta’ osservanza ta' skadenza ta' rrappurtar.” [Em. 11] |
|
(3b) |
Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Pjanijiet ta' Ġestjoni tas-Sallura kollha għandhom jiġu riveduti u aġġornati kull sentejn, filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku l-aktar riċenti.” [Em. 12] |
|
(4) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej: “6. Fil-każ ta’ tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet medji tas-suq għas-sallur użat għar-riforniment, imqabblin ma’ dawk tas-sallur użat għal skopijiet oħrajn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 12a u sabiex tindirizza s-sitwazzjoni, tista' tnaqqas temporanjament il-perċentwali tas-sallur għar-riforniment użat kif imsemmi fil-paragrafu 2 meta l-Pjan ta’ Ġestjoni tas-Sallura jkun konformi mal-Artikolu 2(4) . 7. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 2013 , tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tevalwa l-miżuri li jikkonċernaw ir-riforniment, inkluż filwaqt li tqis l-aktar pariri xjentifiċi reċenti dwar il-kundizzjonijiet li bihom x'aktarx li r-riforniment jikkontribbwixxi għal żieda fil-bijomassa ta’ stokk li jbid . F'tali rapport il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq.” [Em. 13] |
|
(4a) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “8. Ir-riforniment għandu jitqies bħala miżura ta’ konservazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru … [EMFF], sakemm:
|
|
(5) |
Artikolu 9, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Rappurtar u evalwazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data tar-riċerka sabiex jikkwantifikaw l-impatt tal-miżuri meħuda fir-rigward tal-istokk tas-sallur, isibu miżuri ta’ mitigazzjoni u jirrakkomandaw miri ta’ ġestjoni. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, inizjalment kull tliet snin, bl-ewwel rapport jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2012 u għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-kopri xjentifiċi maħtura. Minn dakinhar 'il quddiem, il-frekwenza tar-rappurtar għandha tiżdied għal darba kull sentejn, wara li jkun ġie ppreżentat l-ewwel rapport triennali. Ir-rapporti għandhom jiddeskrivu l-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, l-effikaċja u l-eżitu, u b’mod partikolari għandhom jipprovdu l-aqwa estimi disponibbli ta':
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, sal-31 ta’ Ottubru 2013, rapport li jkun jikkonsisti minn evalwazzjoni statistika u xjentifika tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tas-Sallura, flimkien ma’ opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd. Abbażi tas-sejbiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tressaq proposti biex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament sabiex jiddaħħlu fatturi tal-mortalità tas-sallur apparti s-sajd. 3. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, tippreżenta evalwazzjoni tal-kummerċ tal-Unjoni u internazzjonali tas-sallur Ewropew, li tiffoka, b’mod partikolari, fuq il-konformità mal-obbligi tal-Unjoni skont is-CITES, u stima tal-kummerċ illegali tas-sallur Ewropew fl-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jidentifika l-inkonsistenzi fis-settijiet differenti tad-data disponibbli u jissuġġerixxi miżuri sabiex jitjieb il-monitoraġġ tal-kummerċ, inkluża modifika tal-kodiċijiet doganali eżistenti sabiex jiġi permess monitoraġġ aktar effettiv.” [Em. 15] |
|
(5a) |
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 9a Miżuri ta’ segwitu Filwaqt li tqis is-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 7(7) u fl-Artikolu 9(3) u (3), kif ukoll kwalunkwe parir ġdid u aktar komprensiv ipprovdut mill-ICES dwar l-istatus tal-istokk tas-sallura Ewropea fl-2013, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014, tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida lill-Parlament u lill-Kunsill bl-għan li jinkiseb, bi probabbiltà għolja, l-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tista' tqis modi biex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiddaħħal il-mortalità kkaġunata minn fatturi apparti s-sajd.” [Em. 16] |
|
(6) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 12a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħat Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija imsemmija fl-Artikolu 7(6) għandha tkun ikkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien tliet snin li jibda minn… (7) Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 17] 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 7(6) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(6) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 12b Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (8) 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (7) Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. " (8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”" |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 86.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).
(4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/292/KE tal-4 ta' April 2008 li tistabbilixxi li l-Baħar l-Iswed u s-sistemi tax-xmajjar marbutin miegħu ma jikkostitwixxux il-ħabitat naturali tas-sallura Ewropea għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 14).
(6) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/310/KE tat-2 ta' April 2009 li tapprova t-talbiet minn Ċipru, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-eżenzjoni mill- obbligu li jħejju Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 23).