Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0497

P7_TA(2012)0497 Il-programm statistiku Ewropew 2013-2017 ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (COM(2011)0928 – C7-0001/2012 – 2011/0459(COD)) P7_TC1-COD(2011)0459 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017

ĠU C 434, 23.12.2015, p. 259–259 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/259


P7_TA(2012)0497

Il-programm statistiku Ewropew 2013-2017 ***I

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (COM(2011)0928 – C7-0001/2012 – 2011/0459(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 434/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0928),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0001/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Novembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, (A7-0218/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2011)0459

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 99/2013.)


Top