Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0583

    Kawża T-583/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu ta’ paċi)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/33


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu ta’ paċi)

    (Kawża T-583/15)

    (2015/C 414/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu ta’ paċi) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 363 611

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/07/2015 fil-Każ R 2788/2014-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tirrinvija l-każ tar-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell għal deċiżjoni fuq is-sustanza tal-applikazzjoni għall-ħlas lura fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-11 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ r 1285/2013–1;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 58, 65(5), 75, 81(1) u 81(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tar-Regola 65 tar-Regolament Nru 2868/95.


    Top