Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0589

    Kawża C-589/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – fil-proċeduri mibdija mill-F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 56 KE — Intaxxar provviżorju tal-qligħ kapitali u tal-qligħ mit-trasferiment ta’ holdings magħmul minn fondazzjoni nazzjonali — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis mill-valur taxxabbli tad-donazzjonijiet lil benefiċjarji mhux residenti li ma humiex suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja)

    ĠU C 371, 9.11.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 371/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – fil-proċeduri mibdija mill-F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

    (Kawża C-589/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Intaxxar provviżorju tal-qligħ kapitali u tal-qligħ mit-trasferiment ta’ holdings magħmul minn fondazzjoni nazzjonali - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis mill-valur taxxabbli tad-donazzjonijiet lil benefiċjarji mhux residenti li ma humiex suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja))

    (2015/C 371/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

    Konvenuta: Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

    Dispożittiv

    L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, fil-kuntest tal-intaxxar provviżorju fuq il-qligħ kapitali u fuq il-qligħ minn trasferiment ta’ holdings magħmul minn fondazzjoni privata residenti, din il-fondazzjoni għandha d-dritt li tnaqqas mill-valur taxxabbli tagħha relatat ma’ sena fiskali partikolari biss dawk id-donazzjonijiet magħmula matul l-istess sena fiskali u li kienu s-suġġett ta’ ntaxxar tal-benefiċjarji ta’ dawn id-donazzjonijiet fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali teskludi tali tnaqqis jekk il-benefiċjarju jkun residenti fi Stat Membru ieħor u jkun, fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni, eżenti mit-taxxa applikabbli, bħala prinċipju, fuq id-donazzjonijiet, u dan abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.


    (1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


    Top