This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/319/09
Prior notification of a concentration (Case M.7392 — Advent International / Corialis) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7392 — Advent International / Cordialis) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7392 — Advent International / Cordialis) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 319, 17.9.2014, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/22 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7392 — Advent International / Cordialis)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 319/09
1. |
Fl-10 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontrollm tal-grupp Corialis (“Corialis”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Advent: ditta ta' ekwità privata globali li timmaniġġa investimenti f'aktar minn 70 pajjiż f'firxa diversa ta' industriji u ġografiji; — għal Corialis: forniment ta' servizzi ta' estruzzjoni tal-aluminju u sistemi ta' bini u profili għat-twieqi, bibien, konservatorji u ħitan diviżorji miksijin bl-aluminju. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden partijiet terzi interessati biex jippreżentaw lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7392 — Advent International / Corialis, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.